Żejtun Red Stars u MFPA huma l-finalisti tal-VMFA Trophy wara li għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom f’żewġ semifinali ferm missielta.
Żejtun Red Stars għelbu lil Birkirkara St Helen’s 10-9 f’logħba inċerta sal-aħħar.
Iż-Żwieten kienu qed jirbħu 10-4 f’ħin minnhom u dehru se jiksbu kwalifikazzjoni komda. Lejn l-aħħar, Birkirkara wettqu reazzjoni u skorjaw ħames gowls sabiex l-aħħar minuti kienu ta’ taqtigħ il-qalb għar-Red Stars li ddefendew bi ħġarhom sabiex jaslu għall-objettiv tagħhom.
Gilbert Camilleri Lowell skorja erba’ gowls b’George Frendo u Joseph Chetcuti li skorjaw hat-trick għal Żejtun Red Stars.
Birkirkara St Helen’s skorjaw il-gowls tagħhom minn doppjetti ta’ Claudio Calleja, Andy Portelli u Glenn Bonello b’Etienne Farrugia, Robert Perkins u Christian Caruana li wkoll sabu x-xibka.
Referee: Lorry Sammut.
Iċ-champions il-ġodda MFPA għandhom iċ-ċans li jwettqu double wara li għelbu lil Luxol St Andrew’s 5-3.
Kienet logħba movimentata b’MFPA li kienu minn fuq iżda b’Luxol li dejjem baqgħu viċin l-avversarji tagħhom.
Mark Zammit kien l-eroj ta’ MFPA wara li skorja hat-trick b’Mark Barbara u Alexander Ribic li wkoll sabu x-xibka.
Tim Elis, Michael Galea u Luke Satariano skorjaw il-gowls ta’ Luxol.
Referee: Lorry Sammut