Il-President Russu, Vladimir Putin, akkuża lill-Ukrajna bl-attakk fuq il-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-Krimea, u qal li dan kien “att ta’ terroriżmu”.
Il-President Putin qal li l-forzi tal-intelliġenza tal-Ukrajna kienu qed jimmiraw li jeqirdu parti importanti ħafna tal-infrastruttura ċivili tar-Russja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa kien qed jitkellem f’laqgħa mal-Kap tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja, Alexander Bastrykin.
Uffiċjali qalu li tliet persuni nqatlu meta seħħet l-isplużjoni fuq il-pont.