Dibattitu fl-Ingilterra jaf iwassal biex il-vjagra tibda tkun disponibbli fi spiżeriji għall-ewwel darba mingħajr il-ħtieġa ta’ karta tat-tabib. Regolaturi mediċi se jibdew perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet ġimgħat fuq pjan li mistennij jżid il-bejgħ tal-pillola blu bil-wisq mhux ftit. Il-vjagra hija waħda mill-aktar pilloli li qatt għamlet suċċess minn meta nħolqot mid-ditta Pfizer fl-1998.
Miljuni xtrawha bil-permess tat-tabib. L-inabiltà ta’ raġel li jkollu erezzjoni taffetwa madwar 52% tal-irġiel li għandhom bejn 40 u 70 sena fir-Renju Unit. Iżda 70% jistħu wisq biex imorru jifttxu għajnuna għall-problema. Hawn tinbet realtà ġdida; uffiċjali Ingliżi żammew prodotti mhux liċenzjati jew li kienu bil-kuntrabandu li laħqu valur ta’ £11 miljun, is-sena li għaddiet biss, b’rabta ma’ trattamenti għal nuqqas ta’ erezzjoni.