Tnieda s-servizz il-ġdid tal-fast ferry bl’isem ta’ Gozo Highspeed li joffri vjaġġi aktar spissi bejn Malta u Għawdex.
Dan tħabbar miż-żewġ kumpaniji li joperaw is-servizz tal-fast ferry bejn il-Port il-Kbir u l-Port tal-Imġarr f’Għawdex. Virtu’ Ferries Gozo u Gozo Fast Ferries spjegat li l-Gozo High Speed għaqqdet flimkien ir-riżorsi u l-esperjenza tagħhom it-tnejn.
Is-servizz il-ġdid qed joffri għadd ta’ vjaġġi kuljum u għalhekk il-passiġġieri jistgħu jippjanaw b’faċilità il-vjaġġi tagħhom. Qalu li se jnaqqsu l-ħin ta’ stennija u jipprovdu faċilitajiet moderni.
Biex tiċċelebra t-tnedija, Gozo Highspeed qed tintroduċi żewġ offerti. Qed joffru 7 biljetti bir-ritorn għall-prezz ta’ €20 li jridu jintużaw f’sebat ijiem. Fl-itess waqt l-online booking jibda minn €9.50 inluż vjaġġ bir-ritorn.