Minħabba r-riħ qawwi li qed jolqot lil pajjiżna, iż-żewġ kumpaniji tal-fast ferries kellhom iħassru l-vjaġġi tagħhom bejn Malta u Għawdex matul il-jum tal-Ħadd.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar kif il-ġimgħa d-dieħla mistennija tkun ikkaratterrizata minn riħ qawwi.
Saħansitra nħareġ avviz li r-riħ mistenni jilħaq il-qawwa ta’ forza tmienja jew dik ta’ riefnu.
Il-vapuri tal-Gozo Channel baqgħu għaddejjin bl-iskeda normali tagħhom, iżda għal xi ħin, anke minħabba l-qawwa tal-baħar, kellhom jgħaddu mir-rotta ta’ wara Kemmuna.
Is-servizz tal-katamaran lejn Sqallija wkoll intlaqat minn dan it-temp, hekk kif il-vjaġġi lejn il-gżira ġara wkoll kellhom jitħassru għal għada.