Vjaġġar minn u lejn reġjuni fejn huwa magħruf li hemm il-varjant il-ġdid, li qed ikun deskritt fost l-agħar varjanti sa issa, se jkun ipprojbit temporanjament minn Malta mis-Sibt f’nofsillejl.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq Twitter.
Il-lista ta’ dawn ir-reġjuni sa issa tinkludi lill-Afrika ta’ Isfel, in-Namibja, il-Lesoto, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.
Diversi pajjiżi, bħar-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżrael u Singapor ukoll imponew restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar fuq dawn is-sitt pajjiżi Afrikani.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, mistennija ssejjaħ laqgħa urġenti aktar tard illum biex jiġi diskuss dan il-varjant.