Il-Prim Minsitru Joseph Muscat u l-President tal-Ukrajna iddiskutew il-possibiltà ta’ vjaġġar mingħajr visa.
Permezz ta’ komunikazzjoni telefoninka, il-President Petro Poroshenko u Muscat tkellmu dwar il-passi li hemm bżonn biex l-Unjoni Ewropea timplimenta dak li qed jissejjaħ Ukraine-EU Association Agreement.
Iż-żewġ mexxejja tkellmu wkoll dwar aktar koperazzjoni ekonomika, partikolarment fl-agrikoltura u t-trasport.