Min-nofs il-lejl, Malta m’għadhiex meqjusa iżjed bħala pajjiż ta’ riskju għall-ivvjaġġar bejn Malta u Spanja.
Dan ifisser li issa jista’ jsir vjaġġar aktar liberu bejn iż-żewġ pajjiżi, diment li wieħed dejjem iħares il-protokolli neċessarji fid-dawl tal-Covid-19.
Dawk li se jkunu qed jaslu Spanja minn Malta, mhux se jkollhom bżonn jagħmlu testijiet għall-Covid-19.
Din l-aħbar hi turija ċara ta’ kif Malta qed titqies bħala pajjiż li jinsab fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Covid-19.
Dan hekk kif pajjiżna qed iżomm numri baxxi ta’ infezzjonijiet kif ukoll il-poplu Malti hu l-aktar imlaqqam kontra l-Covid-19.