Partitarju tat-tim nazzjonali Ingliż, li ġie Malta biex isegwi l-logħba Malta kontra l-Ingilterra, spiċċa ma ra xejn mil-logħba għax iddeċieda li jħalli lil min jara l-parti intima tiegħu. Ilbieraħ għal ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofisnhar Charlie Ben Overton ħareġ għarwien fil-gallarija tal-lukanda fejn kien qed jgħix f’San Ġiljan. Dan wassal biex spiċċa arrestat u minflok appoġġja lill-plejers ta’ pajjiżu għadda l-ħin l-għassa jistenna li dalgħodu jitressaq il-qorti kif fil-fatt seħħ. Il-Qorti ħelsitu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena.