Għall-ewwel darba f’pajjiżna se jiskatta proċess ta’ konsultazzjoni favur politika nazzjonali għat-trasport.
Waqt laqgħa oħra mis-sensiela Gvern li Jisma’, il-Ministru Joe Mizzi rrikonoxxa l-isfidi li jeżistu fis-settur u tah elenku għal ħidma li qed issir sabiex jinstabu soluzzjonijiet adegwati.
Il-Ministru Mizzi qal li l-istrateġija għat-trasport tinkludi sett ta’ miżuri fosthom proposti dwar mezz effettiv kif tivvjaġġa bejn il-fliegu, 29 intervent maġġuri fuq toroq prinċipali kif ukoll karreġjati apposta li jippromovu l-użu tar-rota flok tal-karozzi.
B’rabta mal-użu tal-karreġjati għaċ-ċiklisti, il-Ministru Joe Mizzi wera s-sodisfazzjon għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet fit-toroq.
Huwa tah elenku għax-xogħolijiet infrastrutturali li saru maż-żmien stipulat u mingħajr telf ta’ fondi Ewropej.
Il-Ministru Mizzi qal li x-xogħol miexi wkoll fil-Kappara u li qabel beda dan il-proġett sar xogħol importanti f’toroq alterjali sabiex dawn jintużaw waqt ix-xogħolijiet fuq il-proġett prinċipali.