“L-għażla hija ċara, bejn il-Partit Laburista li saħħaħ l-ekonomija f’Għawdex u l-Partit Nazzjonalista li m’għandux il-pjan għal din il-gżira.”
Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’attività politika fil-Qala fejn hawnhekk huwa semma l-bosta proposti li se jkomplu jsaħħu lil kull qasam f’din il-gżira Għawdxija.
Il-Mexxej Laburista semma kif it-tkabbar ekonomiku huwa daqs dak ta’ Malta filwaqt li r-rata tal-qgħad f’Għawdex niżlet ferm.
“Illum għadna lanqas rata ta nies qgħad, li qatt kellna fl-istorja ta’ pajjiżna. F’Għawdex, ir-rata tal-qgħad hija seba’ darbiet inqas minn dik fiż-żmien tal-Gvern Nazzjonalista.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru rrefera wkoll kif Gvern Laburista ġdid se jibqa’ jinvesti fin-negozji Għawdxin, u dan jixhduh il-proposti mill-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista.
FIl-Qala l-Prim Ministru semma kif il-Partit Laburista se jgħin ukoll liż-żgħazagħ anke permezz ta’ għajnuna diretta meta jixtru l-ewwel dar tagħhom.
F’Għawdex il-Prim Ministru qal kif kien Gvern Laburista li lill-Għawdxin u lill-Maltin naqqsilhom it-taxxa u hekk se jkompli jagħmel jekk dan jingħata l-fiduċja.
“Is-sitta u sittin miljun ewro se jkunu bit-twessiegħ ta’ tax bands, jiġifieri se nwessgħu it-tax bands biex ikollna aktar nies fin-naħa ta’ isfel, dawk li jaqilgħu l-inqas li ma jinqabdux fit-taxxa. X’qed tgħid l-Oppożizzjoni? Qed tgħid jiena l-erbgħa u għoxrin miljun ewro ta’ rifużjoni tat-taxxa se ntajjarha mingħand dawk li jaqilgħu l-inqas. Jigifieri dawk li qegħdin bil-paga minima u li llum qed jirċievu ċekk ta’ mija u erbgħin ewro fis-sena, l-Oppożizzjoni qed tgħidilhom dak insewh. Aħna qed ngħidu li ċ-ċekk ta’ mija u erbgħin ewro nżiduħ għal mija u ħamsa u sittin ewro.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru qal kif Gvern Laburista ġdid se wettaq il-proġett tal-breakwater f’Marsalforn, li f’katina waħda mal-investiment li ġa sar, dan se jkompli jsaħħaħ l-infestruttura għal dan il-post li jgawduh eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti.
Il-Mexxej Laburisa qal ukoll kif b’numru ta’ inċentivi se jkompli jinvesti fis-settur tal-biedja u sajd.
Robert Abela ma naqasx li f’Għawdex isemmi l-importanza tal-konnettività fejn hawnhekk, fost l-oħrajn huwa semma l-fast ferry.
Il-Prim Ministru qal kif il-Partit Laburista għandu l-pjan ukoll li jwassal biex Għawdex tkun l-ewwel gżira li tilħaq il-climate neutrality.
Dr Robert Abela għalaq b’appell anki quddiem żgħażagħ Għawdxin biex fis-26 ta’ Marzu jagħmlu deċiżjoni fuq il-futur ta’ Malta.
“U erġajna qed nuru f’dan il-manifest elettorali emmgħandna l-kuraġġ għall-bidla. Jekk hux qed nitkellmu fuq bidliet li jolqtu s-settur tal-IVF, bidliet li jolqtu liż-żgħażagħ, bidliet li jwasslu għall-garanzija għat-tfal tagħna. Dak kollu iżda, jista’ biss isir realtà jekk inthom tagħtuh is-siġill tal-approvazzjoni fis-sitta u għoxrin ta’ Marzu, u għalhekk nerġa’ nisħaq fuq l-importanza tad-deċiżjoni importanti li għandna għal pajjiżna f’dan il-jum.”
il-Prim Ministru Robert Abela