F’seba’ bliet madwar Franza, f’Marzu saret kampanja qawwija ta’ reklamar dwar Malta bħala destinazzjoni turistika; kampanja li l-għan ewlieni tagħha kien li jkompli jiżdied l-għadd ta’ turisti Franċiżi lejn pajjiżna.
Dil-kampanja ħa ħsiebha l-Uffiċċju tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fi Franza, li għażel dawn l-ibliet minħabba li għandhom konnessjonijiet diretti bl-ajru ma’ Malta.
Bejn it-13 u d-19 ta’ Marzu, f’Pariġi, f’Marsilja, f’Lyon, f’Bordeaux, f’Nantes, f’Toulouse, u f’Nizza xxandru video spots ta’ 10 sekondi l-wieħed fuq skrins diġitali fl-istazzjonijiet ewlenin ta’ taħt l-art u fil-livell tat-triq, kif ukoll fuq l-istejġis ta’ tal-linja.
Is-suq Franċiż huwa t-tielet l-ikbar wieħed għat0turiżmu f’Malta. Fl-2022, żaru Malta 258,000 tutist minn Franza, li kien ifisser żieda ta’ 8 fil-mija fuq il-volum tal-2019 nefqa 16 fil-mija ogħla.