Fil-belt ta’ Noto, li hija belt rikonoxxuta mill-UNESCO, ha ssir serata maġika u rikka fit- tradizzjoni ta’ “Notte Barocca”. Din se ssir nhar is-Sibt 5 t’Ottubru u tibda fit-8:00pm, fil-qalba taċ-ċentru storiku. F’din l-okkażjoni ta’ din is-sena, se jiġu ċċelebrati l-kultura u r-rabtiet kulturali bejn Malta u Sqallija, it-tnejn gżejjer fil-Mediterran.
Il-protagonisti tas-serata, fejn ġew mistiedna minn pajjiżna, hemm il-BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK A.D. 2008, l-ewwel Banda Nazzjonali Maltija Guggen, fejn se tirregala spettaklu ta’ mużika allegra li tinvolvi lil-pubbliku preżenti. Din il-band hija magħrufa għal-prestazzjonijiet enerġetiċi u ferrieħa li taf toffri lil kull min ikun lest għal serara divertenti ġewwa din il-belt ta’ Noto.
Din il-banda Maltija għal din is-serata mhux biss se ddoqq siltieet bħal ‘Viva Malta’ u ‘Int Djamant’, imma se tesegwixxi diversi arranġamenti ta’ mużika Maltija bħal ‘Xemx’ u oħrajn. Il-Big Friends Guggen Musik se tipparteċipa f’dawn l-attivitajiet flimkien ma’ ‘Corteo Barocco di Noto’, li hija rappreżentazzjoni ħajja u glorjuża tal-epoka barokka, fejn wieħed se jkun jista’ jgawdi kostumi t’eleganza fina barokka. Flimkien magħhom, se jieħdu sehem ukoll diversi skejjel taż-żfin.
Għal din il-banda, din hija id-dsatax il-safra li se tkun qed tagħmel fl-irwol t’ambaxxatriċi mużikali ta’ pajjiżna, wara suċċess kbir li kellha fil-Festival tal-Baned ‘Musik Parade’ li sar ġewwa l-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen, Munster, u f’Kolon, kif ukoll fit-’Tour Culturale e Musicicale tra le Isole’, li kien mifrux ma’ sitt gżejjer Lipari, Salina, Panarea, Stromboli, Vulcano u Filicudi, liema jiffurmaw mill-gżejjer Eoljani.
Il-banda marret ukoll f’Dubai għal 5 darbiet fis-snin 2008, 2009, 2010, 2016 u 2017, fejn hemm daqqet kull darba fis-seba’ emirati, fil-Greċja fis-sena 2009, fit-Tunesija fis-sena 2014 u 2015 u 2024, kif ukoll ġewwa Sqalija għal 8 darbiet oħra.
ll-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M., fejn anke prepara lill-mużiċisti billi għamel diversi arranġamenti mużikali, kif ukoll kunċerti għal din l- okkazjoni.
Din il-Banda, għandha wkoll skola mużikali, fejn wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni fuq Facebook – ‘big friends guggen musik 1st maltese guggen national band A.D. 2008’.