Vittmi t’abbuż sesswali fil-Knisja Kattolika Franċiża talbu azzjoni, wara l-pubblikazzjoni ta’ inkjesta li sabet kif mill-elf, disa’ mija u ħamsin ’l hawn, membri tal-kleru abbużaw sesswalment mal-mitejn u sittax-il elf tifel u tifla, il-maġġoranza subien.
Il-Papa Franġisku qal li jinsab imweġġa’ b’dak li ħareġ mill-inkjesta.
Il-vittmi qed jitolbu kumpens wara dak li ġie żvelat ilbieraħ.
Il-Knisja Franċiża kienet ħabbret pjan ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-vittmi li mistenni jibda s-sena d-dieħla.
Numru ta’ vittmi qalu li qed jistennew risposti ċari u konkreti mill-Knisja fid-dawl ta’ din l-inkjesta.
Skont ir-rapport, kien hemm madwar tlett elef membru li abbużaw mit-tfal, u n-numru ta’ vittmi kapaċi jitla għal tliet mija u tletin elf jekk wieħed iżid l-abbużi mill-membri lajċi tal-knisja.