Il-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena ngħata lil żewġ persuni li kkampanjaw kontra l-istupru fil-gwerer, Nadia Murad u Denis Mukwege.
Murad kienet ittorturata u stuprata minn militanti tal-Istat Iżlamiku, u wara kienet prominenti f’kampanji biex ikunu meħlusa l-Yazidis. Mukwege huwa tabib li tul il-karriera tiegħu ta l-kura lil diversi vittmi ta’ stupru.
331 persuna kienu nominati għal dan il-premju din is-sena. Ir-rebbieħa kienu mħabbra f’Oslo iktar kmieni llum.