Mario Scicluna, il-vittma ta’ attentat ta’ karozza bomba fil-Fgura lura f’Jannar li għadda, fil-Qorti qal kif jiem wara l-attentat baqa’ imsakkar f’daru bil-biżà.
Dan intqal hekk kif il-Qorti qed tisma il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra Lorenza Callus magħruf bħala l-“Ħeswes”, Paul Farrugia – “Il-Kwattru” u Jonathan Farrugia magħruf bħala “Ġanni ta’ Nina.
It-tlett persuni huma akkużati bl-attentat ta’ qtil tal Mario Scicluna u s-sieħba tieġħu Elaine Galdes permezz ta’ bomba li twaħħlet taħt il-van tal-koppja tal-għamla Mitsubishi Pajero, ipparkjat barra id-dar tagħhom fil-Fgura.
Iktar kmieni il-prosekuzzjoni spjegat kif il-bomba ma’ ħaditx wara l-mobile mwaħħal magħha kellu l-batterija baxxa.
Scicluna spjega quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Żammit kif irċieva telefonata mingħand is-sieħba tiegħu sabiex tgħidlu bl-attentat.
Huwa kompla jgħid li ma setax jemmen dan allura saqqsa lil sieħbu sabiex jagħti daqqa t’għajn lil van pparkjat barra.
Hekk kif għamel dan sieħbu qallu li kien hemm pakkett suspettuż taħt l-vettura.
Scicluna tenna li Paul Farrugia magħruf bħala l-kwattru ġimgħatejn wara l-attentat tkellem miegħu sabiex joffrilu solidarjeta.
Jonathan Farrugia magħruf bħala “Ġanni ta’ Nina” ukoll deher isuq qrib d-dar ta’ Scicluna ftit jiem qabel.
Elaine Galdes ukoll xehdet fil-Qorti u spjegat kif dakinhar tal-attentat semgħat tfaqqiegħa kbira waqt li kienet fil-gallerija.
Hija kompliet tispjega li diversi nies ħarġu barra biex jiċċekjaw x’kien ġara u qalula li kien hemm apparat suspettuż taħt il-karozza.
Kważi imbikkma hija spjegat kif kienet saqgħet il-vettura f’jum l-ewwel tas-sena sabiex tieħu lit-tfal jaraw film f’San Ġiljan.
Hija qalet ukoll li ma setgħetx tagħraf lit-tliet akkużati.