Persuni li kienu qed jagħmlu użu mill-apartamenti ta’ Puttinu f’Londra allegatament ħallew vit miftuħ b’riżultat li għamel ħerba sħiħa. Filfatt kellhom jingħalqu żewġ appartamenti sabiex jissewwwew il-ħsarat.
L-għaqda Puttinu Cares ħalliet messaġġ fuq il-midja soċjali tispjega s-sitwazzjoni diffiċli li issa tinsab fiha hekk kif f’Jannar l-appartamenti f’Londra ser ikunu mizgħuda b’pazjenti li sejrin hemm għall-bone marrow transplants.
“Jiddispjaċina li xi kultant pazjenti ma japprezzawx biżżejjed u jieħdu dawn il-flats ‘for granted’ u bi traskuraġni jikkawżaw ħsarat u spejjeż, li b’naqra attenzjoni jistgħu jiġu evitati,” qal kelliem għal Puttinu filwaqt li inkluda ukoll ritratti tal-ħsarat li ġarrbu żewġ appartamenti minħabba l-eċċess ta’ ilma li tħalla niezel f’waħda mill-kmamar tal-banju
“Għinuna għaliex dan il-proġett huwa tagħna l-Maltin u Għawdxin kollha,” temm jgħid Puttinu. Dan kien il-messaġġ tal-kelliem għal Puttinu Cares hekk kif saħaq sabiex min jgawdi minn l-użu ta’ dawn l-appartamenti jieħu ħsiebhom bħalma jieħu ħsieb daru.