Kien ftit tax-xhur ilu li l-kumpanija ewlenija fil-qasam ta’avjazzjoni VistaJet ħadet deċiżjoni li kkunsidrata bħala kruċjali – dik li mexxiet il-kwartieri ġenerali tagħha f’pajjiżna.
Deċiżjoni li wasslet għal żieda fl-ammont ta’ klijenti li sservi, żiedet effiċjenza u żdied id-dħul. Riżultati li waslu biex Vistajet rat injezzjoni ta’ mija u ħamsin miljun dollaru minn Rhone Capital, investiment li se jwassal biex VistaJet issir il-kumpanija ewlenija fid-dinja tal-avjazzjoni.