Il-maltemp li hemm imbassar għal nhar l-Erbgħa li ġej, fosthom anke baħar qawwi ħafna, wassal biex il-kumpanija Virtu Ferries tħassar xi vjaġġi bejn Malta u Pozzallo fi Sqallija. Fl-istess ħin, il-kumpanija żiedert vjaġġ it-Tlieta filgħaxija biex ittaffi ftit mit-traffiku li mistenni jinġema kawża tal-maltemp.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook, il-kumpanija ppubblikat l-iskeda riveduta tat-Tlieta:
VR100 Tluq. MLA 05:00am / Arr. POZZ06:45am (skedat)
VR101 Tluq. POZZ 18:00pm / Arr. MLA19:45pm (rivedut)
VR110 Tluq. MLA 21:00pm / Arr. POZZ22:45pm (vjaġġ miżjud)
VR111 Tluq. POZZ 00:00am (n/d) / Arr. MLA 01:45am n/d (vjaġġ miżjud)