Għalkemm taħt temp mhux daqshekk sabiħ, il-kumpaniji Virtu Ferries fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku hekk kif tellgħet diversi attivitajiet fit-terminal tal-kumpanija, b’diversi persuni jattendu bi ħġarhom.
Għal din il-ġurnata, inġiebu ukoll kantanti prominenti fosthom Ivana Spagna, l-Esteriore Brothers u l-Mito Sicilian Tenors, bi spettaklu kontinwu għall-familja kollha.
Barra minn hekk, infetaħ għall-pubbliku il-katamaran San Ġwanni Pawlu 2, fejn il-viżitaturi se jkunu jistgħu anke jżuru iż-żoni li s-soltu forsi ma jkollomx opportunità jaraw, fosthom il-bridge.
Wieħed seta’ wkoll igawdi minn diversi offerti li l-kumpanija nediet.
Qal, “L-avveniment tal-lum ftaħna l-bibien għall-pubbliku Malti biex jidħlu fil-premises tagħna. Jistgħu jitilgħu fuq il-vapur u jaraw il-bridge tal-kaptan. Ġibna togħma minn Sqallija magħna ukoll, hawn ħafna kumpaniji kif tistgħu taraw, u restaurants jagħmlu free tastings lill-pubbliku kollu, u għandna wkoll diversi offerti għax-Xitwa li ġejja.”
Il-pubbliku seta’ jżur din l-attivita’ bla ħlas, fejn anke inġabbru donazzjonijiet għal Puttinu Cares.