Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Muscat illum ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u fl-għoti tas-sentenza, l-Imħallef Edwina Grima tat is-sentenza wara qbil bejn id-difiża tal-Koħħu u l-prosekuzzjoni.
Il-Koħħu ġie ordnat ukoll iħallas kważi tlieta u erbgħin elf ewro, li huma terz tal-ispejjeż tal-Qorti.
Fl-istess ħin li l-Koħħu qam fl-awla biex jammetti l-akkużi miġjuba kontrih, il-pulizija wettqet operazzjoni t’arrest ta’ tliet persuni li huma suspettati li fornew il-bomba li biha nqatlet Daphne Caruana Galizia.
Il-persuni arrestati huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, u Jamie Vella.
https://www.one.com.mt/2021/02/23/il-kohhu-jinghata-l-proklama-fil-kaz-tal-qtil-tal-avukat-carmel-chircop/
https://www.one.com.mt/2021/02/23/arrestati-tlett-irgiel-suspettati-li-ssuplixxew-il-bomba-li-qatlet-lil-dcg-5/