Il-Qorti tal-Appell ċaħdet appell mill-eks direttur tal-GRTU Vince Farrugia u l-President attwali Paul Abela, u ordnatilhom iħallsu €5,000 f’danni lill-Perit Michael Falzon.
Il-każ imur lura għall-2013, meta Vince Farrugia ħareġ stqarrija urġenti b’risposta għal dawk li sejħilhom allegazzjonijiet foloz fil-konfront tiegħu meta kien qed jixhed waqt proċeduri kriminali fil-konfront tal-President tal-Malta Developers’ Association Sandro Chetcuti.
Chetcuti kien akkużat li pprova joqtol lill-Farrugia, imma sena wara l-Avukat Ġenerali biddel l-akkuża u Chetcuti kien akkużat li pprova jikkaġuna ġrieħi serji. Dan wara li sema’ l-evidenza fi proċeduri kriminali, inkluż xhieda kunflinġenti bejn esperti mediċi dwar in-natura tal-ġrieħi. Chetcuti kien instab ħati li kkaġuna ġrieħi ħfief.
Farrugia kien qal li ħassu diżappuntat li Falzon ibbaża l-evidenza tiegħu fuq il-verżjoni li pprovda Chetcuti, u ma saqsiex għall-verżjoni tiegħu. Irriżulta fil-Qorti li Farrugia rreaġixxa għall-kummenti ta’ Falzon skont kif irrapportati fil-mezzi tax-xandir, u mhux għax kien preżenti fl-awla tal-Qorti.
Il-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Imħallef Anthony Ellul, osservat li lment dwar kumment ġust kellu jsir quddiem l-ewwel Qorti, u mhux ikun ippreżentata għall-ewwel darba fl-istadju ta’ appell. Il-Qorti osservat li l-evidenza ta’ Farrugia ma’ ħarġitx lil Falzon ta’ giddieb. Il-Qorti nnotat li Falzon seta kellu kariga fl-MDA u li l-istatement li għamel saret fi żmien meta kien għad hemm proċeduri kriminali prendenti kontra Chetcuti.
L-Imħallef qal li dan ma ta ebda dritt lil Farrugia u Abela jgħidu li jridu kontra Falzon, u li s-somma ta’ €5,000 kienet eċċessiva. Il-Qorti żiedet tgħid li donnhom kienu nsew dak li qalu fl-istament tagħhom, meta nsistew li l-allegazzjonijiet u l-insinwazzjoniet ta’ Falzon kienu foloz u fabbrikati, u li kienu se jiġġielduhom fil-Qorti b’xhieda u evidenza.
Il-Qorti qalet li l-messaġġ li riedu jwasslu kien ċar; cioe li Falzon provda evidenza falza, u din kienet dikjarazzjoni li ma kinitx sostanzjata. Fiċ-ċirkostanzi, l-Qorti ċaħdet l-appell u qalet li l-argumenti ta’ Farrugia u Abela ma kkonvinċewhiex biex tbiddel l-ammont ta’ danni deċiżi mill-Maġistrat Francesco Depasquale. L-Imħallef ordna wkoll li Farrugia u Abela jħallsu d-danni kollha relatati mal-każ