Vin Diesel, Dwayne Johnson li huwa magħruf bħala The Rock u Gal Gadot huma fost l-iktar atturi mħallsa għas-sena 2017.
Vin Diesel u Dwayne Johnson jieħdu l-ewwel u t-tieni post fuq il-lista ta’ Forbes. Din l-aħbar ma tiġix bħala sorpriża kbira wara s-suċċess tal-film popolari The Fate of the Furious li kemm Vin Diesel kif ukoll Dwayne Johnson ħadu sehem fih.
Diesel jieħu l-ewwel post fuq il-lista b’1.6 biljun dollaru u Johnson eżatt warajh jiġi fit-tieni post b’1.5 biljun dollaru.
Eżatt warajhom tiġi fit-tielet post, Gal Gadot b’1.4 biljun dollaru. Attriċi Iżraeljana ħadet sehem fil-films Wonder Woman u Justice League li ntgħoġbu ferm man-nies.
Fir-raba’ u l-ħames post hemm l-atturi tant maħbubin min-nies, Emma Watson u Johnny Depp b’1.3 biljuni u b’1.1 biljuni rispettivament.
Forbes ippubblikat din il-lista ġimgħatejn biss wara li ġiet ippubbikata l-lista tal-iktar ħames atturi li huma mħallsin iżżejjed. Fosthom hemm Brad Pitt, Denzel Washington u Channing Tatum.