Għal żmien il-Milied il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin fi ħdan il-Paroċċa Marija Addolorata Sultana tal-Martri qiegħed jorganizza villaġġ tal-Milied fil-lokalità.
Dan l-avveniment li beda l-bieraħ u jkompli llejla għandu jolqot il-gosti ta’ kullħadd. Il-villaġġ tal-Milied se jkun armat fi Triq Parades biswit il-bandli.
Fost in-numru mżewwaq ta’ kantanti u żeffiena ser ikun hemm stands b’bejgħ ta’ ikel, xorb u oġġetti relatati mal-Milied. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu u jieħdu ritratt ma’ Santa Klaws.
Ser ikun hemm ukoll dawriet bil-ponijiet, filwaqt li ż-żona ser tiżżejjen kif jixraq biex tkompli żżewwaq u ddaħal lil dawk li jattendu fl-atmosfera ħelwa tal-Milied.