Żgħażagħ minn kull rokna ta’ Birżebbuġa ngħaqdu għal villaġġ sportiv organizzat mill-kumitat sportiv tal-Partit Laburista u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
Kull tim li ħa sehem ingħata medalja għall-parteċipazzjoni. Il-Kap Eżekkuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi spjega li l-iskop ewlieni tal-attivita hu li kulħadd ikollu ċans jipparteċipa.
Azzopardi qal, “Attività kompletament differenti, attività mhux politika fejn iltqajna ma’ numru ta’ żgħażagħ, ma’ tfal, iltqajna ma’ adulti wkoll li ħadna sehem f’diversi dixxiplini differenti sportivi. Kienet attività wkoll għall-familja, kien hemm ħafna numru ta’ ġenituri wkoll li akkumpanjaw it-tfal u ż-żgħażagħ tagħhom.”
Ma’ ONE News Azzopardi spjega wkoll x’tip ta’ sport setgħu jipparteċipaw fih dwk preżenti, li nkluda anke kompetizzjonijiet żgħar għat-tfal.
Huwa sostna: “Kien hemm numru ta’ dixxiplini wkoll. Kellna s-sailing, kien hemm ir-regatta, il-beach soccer, waterpolo, bmx, imsomma numru ta’ dixxiplini li fl-istess ħin tara l-parteċipazzjoni u anka dak l-entużjażmu ta’ dawn iż-żgħażagħ propju f’din il-bajja, il-bajja s-sabiħa wara kollox.”