Wara li ġiet posposta min-nhar il-Ħadd li għadda minħabba li l-ġurnata bdiet bix-xita, jidher li l-Ħadd 23 t’April it-temp se jkun qed jippermetti sabiex fil-Kalkara titella’ t-tieni edizzjoni ta’ FESTA ĦELU.
Din l-attivita’ fil-miftuħ immirata għall-familja kollha, b’mod partikolari tfal titella’ fil-wesgħa ta’ quddiem il-Kunsill Lokali tal-Kalkara fi Triq Luigi Pisani, qrib l-Esplora. Prattikament din il-wesgħa, tinbiddel minn parkeġġ għall-villaġġ tat-tfal b’ħafna ħelu u ħlewwiet, Boucing Castles, Krafts, Logħob u divertiment, Maġija, Karattri, Trampoline u ħafna aktar.
FESTA ĦELU hija ħarġa għall-familja kollha mill-10am ‘l quddiem b’ikel u xorb matul il-ħin tal-attivita’. Fl-istess attivita’ fil-Kalkara ser jingħaqdu ukoll bosta sportivi bħala parti mir-RoadShow organiżżati fil-lokalitajiet bil-preparazzjoni għall-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.
”Festa Ħelu hija attivita’ ferrieħija fejn wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, bħala Kunsill Lokali tal-Kalkara ddeċidejna li nerġgħu norganiżżaw, b’mod partikolari għat-tfal. Ejjew ma’ uliedkom u man-neputijiet. Sabiħ li f’jum bħal Ħadd ngħaddu ħin ta’ kwalita’ mal-għeżież tagħna. Din hija l-idea ta’ Festa Ħelu fil-Kalkara li sservi ta’ ħarġa għall-familja kollha”
WAYNE AQUILINA – SINDKU TAL-KALKARA
F’dan il-filmat tista’ tara l-atmosfera ta’ Festa Ħelu tas-sena li għaddiet: