Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kkuntentat ħafna Għawdxin.
Dan għaliex hija ddikjarat li fil-ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Brothers ta’ San Franġisk, villa f’ Birkirkara se tkun trasformata f’akkomodazzjoni għal studenti Għawdxin li jkunu qed jistudjaw Malta u għall-qraba ta’ pazjenti Għawdxin li qed jirċievu trattament f’ Malta.
Ix-xogħol mistenni jibda’ f’April tal-2019.
Villa Lauri se tinfetaħ is-sena d-dieħla.
Din il-villa tikkonsisti f’4 sulari u se tkun qed takkomoda 33 persuna li ħafna minnhom se jkunu studenti Għawdxin li qed jistudjaw Malta. Huwa stmat li €1,000,000 se jkunu qed jintużaw għal kostruzzjoni u rranġar ta’ din il-villa.