Villa Francia se tkun qed tinfetaħ għall-pubbliku sabiex ikunu jistgħu jżuruha kemm Maltin kif ukoll turisti. Il-jiem li se tkun miftuħa għall-pubbliku huma t-Tlieta u l-Ħamis.Kien lura fl-2013 li nstab li Villa Francia kellha ħafna ħsarat fejn kien għalekk li sar ir-restawr neċessarju.
Il-kmamar f’Villa Francia nbiddlu sabiex iservu bħala The Three Villages Trial – ta’ Attard, Ħal Balzan u Ħal Lija filwaqt li għaqdiet volontarji qed jagħmlu użu minn din il-binja.
Il-Prim Ministru qal li dan kien proġett li sar b’kollaborazzjoni ta’ fondi Ewropej fejn bis-saħħa ta’ hekk qed nibżgħu għall-wirt kulturali Malti. Dan kollu b’investiment ta’ miljun ewro.