B’maġġoranza kbira il-Partit ta’ Viktor Orban, il-Fidesz, rebaħ l-elezzjoni ġenerali fl-Ungerija.
Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Prim Ministru, Orban, li hu magħruf għar-rabta li għandu mar-Russja, ikkundanna l-attakki tar-Russi fl-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’dan id-diskors ukoll, Orban ikkritika lil Zelensky li sejjaħlu avversarju.
Minn mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna, l-Ungerija ġa ħadet kważi nofs miljun refuġjat li ħarbu minn pajjiżhom.
B’din ir-rebħa elettorali, il-Partit ta’ Orban se jkun qed jidħol fir-raba’ leġislatura tiegħu mill-2010, b’135 siġġu.
L-Oppożizzjoni se jkollha biss 58 siġġu.
Viktor Orban li għandu 58 sena, għal aktar minn darba ġie kkritikat mill-Unjoni Ewropea li fixkel l-istituzzjonijiet demokratiċi f’pajjiżu.