Għexieren ta’ persuni bdew jinġabru f’Tas-Sliema qrib it-Torri għal viġilja biex ifakkru l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia li llum inqatlet f’karozza bomba fil-Bidnija.
Huma bosta persuni li xerrdu l-kelma fuq il-midja soċjali biex jattendu bħala turija ta’ rispett lill-familja u l-ħbieb ta’ Caruana Galizia fejn ħeġġu lil kulħadd biex magħhom iġibu għadd ta’ xemgħat.
Mumenti wara l-aħbar xokkanti, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet u ddeskriva dan l-att barbaru bħala “ġurnata sewda għal-libertà tal-espressjoni”.