Mara ta’ vigarju irrakkontat quddiem it-tribunal taċ-Church of England f’Londra li żewġha kien jieħu sehem f’attivitajiet sesswali meqjusa avventurużi minn bosta.
Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi, mart ir-reverend James Meredith Day qalet li kien jgħix ħajja doppja u kien iffissat fuq is-sess. Fost oħrajn kien iħobb jara pornografija vjolenti. Kien jipparteċipa fis-sess fil-gruppi, imur ġo sawna suppost riżervata għal koppji omosesswali u kien jipprova jiltaqa’ ma’ prostituti.
Martu qalet li kien sar theddida għaliha, tant li kien żammha b’xalla sakemm ma felħitx tieħu nifs aktar, u sawwatha talli libset xorts qrib xi ħaddiema. Irrakkontat li sakemm żamma bix-xalla, saħansitra beżaq f’wiċċha.
Reverend Day issa ma jista’ qatt isewgi l-ħajja reliġuża, fuq deċiżjoni tat-tribunal, wara li ressiqtu dik li llum hija l-eks martu. Minn meta sseparaw fl-2012, hija ġabret ammont ta’ evidenza, inkluż stampi pornografiċi li ttieħdu mill-computer tiegħu. Preżentat mill-inqas mitt stampa li juru nisa jiġu maħruqa jew inkella torturati. Dan flimkien ma ritratti oħra ta’ mara u żewġt’irġiel oħra, wieħed minnhom vigarju.
Fost ir-rakkonti strambi, semmiet li kien jippretendi li hu raġel ieħor, bl-isem ta’ Henry Olsen, u kien jiltaqa’ ma’ rġiel u nisa fil-moħbi. Preżentat evidenza li kien jiltaqa’ ma’ ċertu Amanda minn Brussell, u dik kienet iżżommlu €130 fis-siegħa.
Day huwa professur fil-piskoloġija u kien edukat f’Cambridge. Huwa serva f’Ostend bejn l-2003 u l-2005. L-eks martu qalet li l-aktar affarijiet sagrosanti għalih kienu Alla u l-att sesswali.
It-tribunal sab li l-allegazzjonijiet ta’ martu kollha hemm provi x’jissostanzjahom.