Matul l-2017, id-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta għamel qabda rekord ta’ oġġetti foloz. Fil-fatt, kważi 20,000,000 merkanzija falza ġiet interċetata minn Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fit-terminal tal-Port Ħieles ta’ Malta.
Din il-kisba ġiet mfaħħra mill-Grupp Globali kontra l-Falsifikazzjoni, li rrikonoxxiet lid-Dipartiment tad-Dwana lokali bħala l-Korp Nazzjonali ewlieni f’dan il-qasam, aktar kmieni s-sena li għaddiet.
Anke jekk hemm ħafna nies li jqisu l-iffalsifikar bħala mhux problema, din l-attività kriminali tipprovdi fondi lil organizzazzjonijiet kriminali, tippromwovi x-xogħol tat-tfal, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu fost oħrajn. L-operazzjonijiet foloz jinterferixxu wkoll mat-tkabbir ekonomiku.
Aktar kmieni din is-sena d-Dipartiment tad-Dwana nieda l-faċilità l-ġdida ta’ skennjar u l-iskennjar tal-vettura fil-Port Ħieles ta’ Malta li għandu l-għan li jżid l-qabdiet illegalisabiex ma jiġux imfixkla l-operazzjonijiet kummerċjali.
Fost il-prodotti interċettati mid-Dwana ta’ Malta wieħed isib:
19.53 miljun sigarett foloz,
162,000 xkupilji tas-snien foloz,
78,000 pari ta’ żraben foloz,
33,000 covers foloz tal-mobiles,
28,000 batterija foloz tal-mobiles,
24,000 ħwejjeġ foloz,
7.800 arloġġ tal-polz,
7.700 oġġetti tal-isport u ħwejjeġ tal-isport foloz,
2,300 partijiet tal-karozzi u
1,500 earphones.