Din il-wirja qed tittella’ mis-Socjeta’ Duke of Connaught’s Own bl-ghajnuna tal-Kummissjoni TEAK (Talent, Elenjan, Arti u Kultura) għall-għoxrin sena konsekuttiva fil-każin.
F’din il-wirja sejrin nkunu nistgħu nammiraw mejda ta’ l-appostli fejn wieħed jista jammira diversi platti u kwadri maħduma bis-smid, ross u għagin ikkulurit; sett statwi tal-appostli; Ċenaklu Lhudi b’personaġġi ‘life size’; l-arka tal-patt armata fuq stil Lhudi; settijiet ta’ vari, kurcifissi u oġġetti sagri oħra.
Għas-sbatax-il sena konsekuttiva f’din il-wirja se nkunu nistgħu nammiraw kwadru kbir b’qies ta’ 12-il pied bi 8 piedi maħdum kollu bis-smid ikkulurit u juri xena meħuda mill-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Il-wirja tibqa miftuħa sa Sibt il-Għid 31 ta’ Marzu.