Kien għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu meta l-Pulziija rċevew rapport li numru ta’ vetturi kienu ġew ivvandalizzati fil-lokalità tal-Ħamrun.
Kienu prorpju r-residenti li meta qamu ntebħu li madwar erba’ vetturi kienu ġew ivvandalizzati x’aktarx bil-ħsieb li jsir xi serq mill-istess vetturi.
Il-każ seħħ fi triq Abela Scolaro fil-Ħamrun matul il-lejl li għadda.