Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta affarijiet tad-dar, prodotti tas-sbuħija, parts tal-karozzi, ġugarelli, prodotti elettroniċi, ħwejjeġ, żraben u żewġ vetturi, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Dawn il-prodotti qed jinqasmu f’diversi lottijiet.
Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019, f’nofsinhar.
Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 14 ta’ Jannar 2109 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019, f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.
Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata).
Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-12:30pm u t-15:30pm.