Illum, ġew inawgurati tlett vetturi tat-tifi tan-nar b’investiment ta’ €360,000.
L-aħħar flotti li nxtraw kien propju 18-il sena ilu. B’differenza għal oħrajn dawn il-vetturi se jkunu jistgħu jidħlu f’toroq rurali kif ukoll jinstaqu fuq kull tip ta’ art. Huwa mistenni li fuq mhedda ta’ 6 snin jiżdied bi 8 miljun ewro l-investiment allokat għat-tibdil tal-flotta.
Waqt il-preżentazzjoni tal-uffiċjali l-ġodda fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili nħatru żewġ deputati Diretturi, tmien uffiċjali tal-istazzjon kif ukoll seba’ uffiċjali ġodda bi rwol ta’ tmexxija.
Fiż-żmien li ġej se tibda l-ħidma biex jitħejja qafas legali sabiex id-Dipartiment jkun jista’ jintroduċi żewġ sezzjonijiet ġodda, dak tal-Fire and Safety kif ukoll sezzjoni oħra nkarigata mis-sigurta’ tal-attivitajiet tal-massa.