Pulizija ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:10 fi triq it-Tiġrijiet fil-Marsa meta vettura tat-tip Mercedes A160 misjuqa minn tfajla ta’ 26 sena residenti l-Iklin kellha impatt ma’ mutur tal-Pulizija.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-Pulizija l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.