Għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa fejn seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kymco Venox misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Tarxien u vettura oħra li telqet minn fuq il- post.
Issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku u tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-midrub.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.