Sewwieqa ħelsitha ħafif meta l-vettura li kienet qed issuq inħakmet minn nirien. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:15 fi Triq l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa meta għal xi raġuni l-vettura tat-tip Hyundai Accent inħakmet minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn b’ħidma sfieqa kkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.