Il-Pulizija avżat li kellha tingħalaq il-Marsa Hamrun Bypass fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar wara li vettura ħadet in-nar. Il-każ jidher li seħħ ftit tal-minuti ilu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma tat-tifi tan-nar.
Is-sewwieqa huma mitluba biex jevitaw iż-żona hekk kif sakemm jitneħħa l-periklu, t-triq mistennija tibqa’ magħluqa.