Ħadd ma weġġa’ wara li vettura ħadet in-nar fi Triq Żimelli, il-Ħamrun. Fuq il-post issejħu mal-ewwel membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.