Ftit tal-ħin ilu vettura tat-tip Citroen kienet qed tiġi misjuqa f’Mrieħel Bypass f’Ħal Qormi meta s-sewwieq tal-vettura nnota li kien hiereġ duħħan mill-parti ta’ quddiem tal-vettura.
Jidher li l-vettura kellha xi ħsarat fil-magna u kawża ta’ hekk beda ħiereġ ammont ta’ duħħan bir-riżultat li ftit wara l-parti ta’ quddiem tal-vettura ħadet in-nar.
In-nirien ġew ikkontrollati fi żmien qasir hekk kif il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati mal-ewwel b’dak li kien seħħ.
Fortunatament ħadd ma weġġa’.