Tfajla ta’ 16-il sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li vettura li kienet riekba fiha bħala passiġġiera għal xi raġuni tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’ċint f’Tal Barrani direzzjoni Ħal Tarxien għall-ħabta tal-17:15.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tfajla l-isptar Mater Dei fejn is-sewwieq ma sofra ebda ġrieħi iżda kellu xokk wara l-impatt.
Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhix magħrufa.