Tliet pumpiera ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li nqalbu waqt li kienu fil-karozza tas-servizz.
Aktar qabel One.com.mt ħareġ kif vettura tas-salvataġġ tad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili nqalbet waqt li kienet sejra fuq każ ta’ vann li nqaleb ġo gandott fond f’Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ fi Triq San Tumas f’Ħal Luqa, direzzjoni Ħal Qormi.
Kawża ta’ dan, il-Pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li kellha tingħalaq it-triq.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Ara wkoll: