Mit-Tnejn li ġej, il-Kunsil Lokali tal-Birgu se jniedi is-servizz ta’ transport b’xejn lir-residenti anzjani u persuni vulnerabbli għal bżonnijiet ta’ kuljum.
Is-servizz qed jingħata permezz ta’ din il-vettura li taħdem bl-elettriku li l-Kunsill xtara bl-għajnuna ta’ għotja ta’ erbgħin elf ewro mill-Fondazzjoni Wirt Artna, mill-Fondazzjoni Alfred Mizzi u mill-marina tal-Port il-Kbir. Minbarra li jgħin lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità, il-proġett għandu l-għan ewlieni li jnaqqas in-numri ta’ vetturi li jgħaddu miċ-ċentru tal-Birgu.
Is-sindku tal-Birgu John Boxall saħaq li dan is-servizz se jgħin lil residenti li minħabba t-turġien u tlajja’ kienu jaqtgħu qalbhom biex jersqu lejn il-qalba tal-Birgu.
“Iċemplu minn jumejn qabel, u nara il-ħinijiet, pereżempju dak l-anzjan partikolari irrid immur il-policlinic, irrid immur issaraf iċ-ċekk, irrid immur jistaqsi, imbagħad allura aħna nibbukjaw biex nkunu nistgħu naqdu lil anzjani fil-bżonnijiet tagħhom.”
Il-Ministru għall-Gvern Lokali, Josè Herrera qal li dan is-servizz qed jagħti aktar dinjità u indipendenza lill-anzjani u persuni vulnerabbli filwaqt li jnaqqas it-tniġġis fl-arja.
“Il-fatt li l-għażla tal-vann kien wieħed tal-elettriku u mhux li jimxi bil-karbonju, jagħti messaġ qawwi, aħna Malta għadna l-obbligi tagħna li qed on point at time ma nħallux l-importazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ karozzi li jimxu bil-karbonju.”