B’investiment ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija xtara vettura elettrika minn fondi tal-LESA biex tintuża għall-ħtiġijiet tar-residenti u l-anzjani tal-lokal għall-bżonnijiet ta’ kuljum.
Is-Sindku ta’ Ħal Lija, Anthony Dalli, iddeskriva dan il-proġett bħala investiment ieħor tal-Gvern ċentrali fi ħdan din il-lokalità.
Qal, “Dan huwa strument ieħor biex inwasslu lir-residenti anzjani tagħna kemm l-Isptar Mater Dei, il-klinika ta’ Birkirkara u San Luqa dan qed isir anki bl-għajnuna tal-impjegati tal-Kunsill li nwasslu lil dawn l-anzjani għall-kumdità tagħhom.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, innutat kif dan huwa proġett ieħor frott ta’ ftehim li kien iffirmat mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Qalet, “Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija huwa Kunsill ieħor li qed jibbenefika mill-ftehim bejn il-LESA u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex ikunu r-residenti li jgawdu minn proġetti u proposti li l-Kunsilli Lokali ressqu.”
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri li hu politikament responsabbli mil-LESA, innota l-importanza tas-servizz mogħti, li qed jingħata b’vettura ambjentalment sostenibbli.
Stqarret, “Is-servizz li qed jingħata huwa l-aktar importanti jiġifieri servizz lill-anzjani sabiex iwassalhom f’diversi postijiet essenzjali fosthom sabiex jattendu appuntamenti mediċi. Ħa jibqa’ jkun hemm dan l-impenn li nibqgħu ninvestu fil-komunità anki bi sħab ma’ diversi Kunsilli Lokali madwar pajjiżna.”