Ilbieraħ tard wara nofsinhar saret il-Gran Prix tal-Belġju fejn il-Ġrmaniż Sebastian Vettel tal-Ferrari rnexxielu jispiċċa fl-ewwel post biex kompla jnaqqas id-distakk bejnu u bejn il-leader tal-klassifika, il-Brittaniku Lewis Hamilton tal-Mercedes. Id-distakk bejn iż-żewġ sewwieqa issa niżel għal 17-il punt.
Vettel irnexxilu jaqbeż lil Hamilton fil-ħruġ biex baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar. Hamilton kien segwit fit-tielet post minn Max Verstappen tar-Red Bull.
Fiż-żona punti spiċċaw Valtteri Bottas tal-Mercedes, id-duo tal-Force India Sergio Perez u Estaban Ocan, id-duo tal-Haas Romain Grosjean u Kevin Magnussen, Pierre Gasly tat-Toro Rosso u Marcus Ericsson tas-Sauber.
Il-Gran Prix li jmiss ser isir nhar il-Ħadd li ġej f’Monza l-Italja.