L-MCAST ‘Open Days’ hija attività li ser tinzamm fuq erbat ijiem bil-għan li toffri lill-viżitaturi vetrina ta’ esperjenzi tal-programmi ta’ studju. Din ser tkun fl-Students’ House ġewwa l-MCAST, Raħal Ġdid, bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju u t-Tlieta 4 ta’ Lulju.
Studenti, għalliema, ‘career advisers’, ‘support staff’ kif ukoll diversi oqsma tal-industrija ser ikunu miġbura taħt saqaf wieħed sabiex jgħinu lill-viżitaturi jiskopru aspetti differenti relatati ma’ korsijiet kemm ‘full-time’ u ‘part-time’ kif ukoll dwar servizzi ta’ support għall-istudenti ġewwa l-MCAST u tagħrif dwar opportunitajiet ta’ karrieri u impiegi.
It-tlett Kulleġġi, dak Universitarju, Tekniku u Fundamentali li jirrapprezentaw l-MCAST flimkien mas-sitt Istituti kif ukoll il-Kampus t-Għawdex ser ikunu qed jinkoraġġixxu lill-viżitaturi sabiex jieħdu sehem f-attivitajiet ‘hands-on’ u b’hekk jesperienzaw oqsma differenti ta’ karrieri f’setturi differenti tal-industrija.
Is-servizz ta’ ‘career guidance’ ser ikun offrut mingħajr appuntament fl-Students’ House ġewwa l-MCAST bejn 17 ta’ Lulju u 4 t’Awwissu, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8:30 ta’ filgħodu sas-1:30 ta’ wara nofsinhar.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-‘Open Days’ għall-pubbliku huma dawn:
- 30 ta’ Ġunju, 3 u 4 ta’ Lulju mill-4:00pm sat-8:00pm
- 1 ta’ Lulju mid-9:00am sa s-1:00pm
Matul dawn il-jiem ikun hemm ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-korsijiet fid-diversi Istituti.
- Il-Ġimgħa ‘Information and Communication Technology’ u ‘Applied sciences’,
- is-Sibt ‘Pathway’,
- it-Tnejn ‘Business Management and Commerce’ u ‘Engineering and Transport’,
- it-Tlieta ‘Community Services’ ‘Creative Arts’ u ‘Centre for Agriculture Aquatics and Animal Sciences’.