Verdiana Zangaro, li hija r-rebbieħa tal-programm Taljan, Tale E Quale, li huwa produzzjoni ta’ Charles Conti bi preżentazzjoni ta’ Carlo Conte, li huwa wkoll il-preżentatur tal-programm San Remo, waslet f’pajjiżna wara li ġiet magħżula mil-preżentatur Malti Joseph Chetcuti, sabiex tkun parti mil-ġurija tal-edizzjoni li jmiss tar-raba’ edizzjoni tal-programm ‘Brillanti’, bit-tema din is-sena Brillanti Singers u li jixxandar fuq ONE.
Verdiana m’hijiex isem ġdid fid-dinja tal-mużika hekk kif fl-età ta’ 16 il-sena kienet waħda mil-kantanti tal-festival popolari San Remo u fl-2003 ġiet fit-tieni post tal-programm Amici.
‘Brillanti Singers’ mistenni jinkludi numru ta’ kantanti żgħażagħ Maltin u Għawdxin u jkun forma ta’ kompetizzjoni, fejn ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa jieħdu t-total ta 30 elf ewro.
ONE NEWS tkellem ma’ Verdiana mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Tkellimna wkoll mal-preżentatur tal-programm ‘Brillanti Singers’ Joseph Chetcuti fejn qal li jinsab onorat li Verdiana ser tkun parti mil-programm ‘Brillanti’ filwaqt li faħħar ukoll is-suċċessi li kisbet.
‘’Hija turija ċara li brillanti ser ikun programm, din is-sena aktar minn qatt qabel fejn it-talent verament ser ikun ippremjat.”