Toni Curmi, ta’ tmienja u tletin sena ma nstabx ħati b’verdett ta’ sitt voti kontra tlieta fuq traffikar tad-droga.
Curmi kien għaddej ġuri wara li l-Prosekuzzjoni xlietu li kellu kważi żewġ kilogrammi kannabis.
Il-pulizija kienet qalet li fil-garaxx ta’ Curmi nstabu miżien u mgħarfa li fuqhom it-tnejn kien hemm traċċi ta’ kokaina madankollu fil-Qorti ntqal li mal-basket fejn instabet id-droga ma nstabu l-ebda marki tas-swaba’ ta’ Curmi.
Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkużat kellu kuntatti msemmija ma’ nies magħrufa mal-pulizija fosthom it-“Topo” u “Melvin Ħaxixa”.
Għal Curmi dehru l-Avukati Edward Gatt, Mark Vassallo u Ishmael Psaila.